Lokali

FILMAT: Drenaġġ jippompja f’nofs bajja f’San Pawl

Ħsarat elettriċi wasslu biex ammont sostanzjali ta’ drenaġġ spiċċa joħroġ fil-baħar qrib il-kosta f’San Pawl il-Baħar.

Dwar dan, il-Viċi Sindku tal-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar Daniel Grima kkonferma li l-Kunsill Lokali ħa azzjoni immedjata billi rrapporta lill-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma.

Min-naħa tagħha, il-Korporazzjoni kkonfermat li d-drenaġġ spiċċa fil-baħar wara ħsarat elettriċi li affettwaw il-pompi.

Madanakollu, dan ma kienx biżżejjed għall-Kunsill Lokali ta’ San Pawl il-Baħar, bil-Viċi Sindku jgħid li se ssir laqgħa peress li dawn l-affarijiet “m’humiex aċċettabbli, speċjalment fil-perjodu tas-sajf”.