Lokali

AĠĠORNATA: Jaggrediha b’arma bil-ponta u jwaddbilha l-aċtu fil-Marsa

Mara qed isofri feriti gravi wara argument ma’ raġel ta’ 38 sena, residenti St Venera, fi Trejqiet Nicolo Isourd fil-Marsa. L-inċident seħħ għall-ħabta tal-11,15am. Il-vittma għandha 50 sena u toqgħod is-Swieqi

Il-pulizija qalulna li mara sofriet xi ġrieħi minn arma bil-ponta u kif ukoll minn xi likwidu aċiduż li allegatament twaddab fuqha mill-istess raġel.

Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lill-vittma l-Isptar Mater Dei għall-kura neċessarja fejn ġiet iċċertifikata li qiegħda ssofri minn feriti gravi.

Is-suspettat għadu qiegħed jinżamm mill-Pulizija għall-iktar stħarriġ.

Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Doreen Clarke li ħatret diversi esperti sabiex jassistuha fl-inkjesta li ġiet appuntata.