Lokali

AĠĠORNATA: Imut l-anzjan ta’ 95 sena li kien fil-karozza li baqgħet dieħla f’siġra

Tilef ħajtu r-raġel ta’ 95 sena mir-Rabat li kien passiġġier f’karozza li llum waranofsinhar daħlet f’siġra f’Ħ’Attard.

L-inċident seħħ għall-ħabta tal-4.15pm fi Triq Valletta, qrib id-dwal tat-traffiku. Il-karozza kienet qed tinstaq minn mara ta’ 70 sena mir-Rabat ukoll.

Iż-żewġ anzjani ttieħdu l-Isptar Mater Dei b’ambulanza.

Aktar qabel

Anzjan passiġġier ta’ 95 sena weġġa’ gravi u kellu jinħareġ mill-vettura tat-tip Toyota Yaris wara li għal xi raġuni l-karrozza li kien riekeb fiha tilfet il-kontroll u daħlet f’siġra.

L-inċident seħħ fl-4:15pm fejn it-traffic lights fid-daħla ta’ Ta’ Qali li wassal biex l-anzjan indarab serjament.

Issejħet ukoll ambulanza fil-post. Il-karrozza kienet qed tinstaq minn anzjana ta’ 70 sena iżda l-kundizzjoni tagħha għadu mhux magħruf. It-tnejn huma residenti r-Rabat.

Fi Triq Valletta f’Ħ’Attard inħolqot konġestjoni minħabba dan l-inċident.