Lokali Mużika

Malta fit-12-il post tat-tieni semi-finali

Illum sar magħruf li Malta se tkun qed tkanta fit-tieni nofs tat-tieni semi-finali tal-Eurovision li din is-sena se jsir fil-Portugall.

It-tieni semi finali se ssir il-Ħamis 10 ta’ Mejju.

Christabelle se tinterpreta l-kanzunetta ‘Taboo’ wara l-Polonja u qabel l-Ungerija.

Net News se jwasslilkom aġġornamenti kontinwi minn Lisbona matul dik il-ġimgħa, bi preżentazzjoni ta’ Peter Carbonaro.