Sport Sport Ieħor

XXI LOGĦOB TAL-COMMONWEALTH: Kollox lest f’Gold Coast

(Ritratt – DOI)

Illum, fil-Villaġġ tal-Atleti f’Gold Coast fi Queensland saret iċ-ċerimonja sinifikattiva tat-tlugħ tal-bandiera Maltija issa la darba l-uffiċjali tal-Kumitat Olimpiku Malti u l-atleti jinsabu fil-villaġġ.

Għaċ-ċerimonja immexxija mix-Chef de Mission tal-kontinġent, Paul Sultana kien hemm delegazzjoni wkoll mill-Gvern Malti mmexxija mill-Prim Ministru Joseph Muscat, mis-Segretarju Parlamentari
responsabbli mill-isport Clifton Grima, il-Ministru tal-Affarijiet Barranin Carmelo Abela, u Mark Cutajar Kap Eżekuttiv ta’ Sport Malta.

Il-Kumitat Olimpiku Malti kien rappreżentat mill-President Julian Pace Bonello u mis-Segretarju Ġenerali Joe Cassar ,mid-Direttur tal-Isport Ivan Balzan u uffiċjali oħra fosthom Kirill Micallef Stafrace, Mario Micallef, Maria Vella Galea u Charlene Attard.

Fil-21 Edizzjoni tal-Logħob tal-Commonwealth Malta ser tieħu sehem fl-atletika, fiċ-ċikliżmu, fil-ġinnastika, fil-lawn bowls, fil-lotta, fl-isparar, fl-isquash u fil-weightlifting.

Wara ċ-ċerimonja tal-Ftuħ li għandha ssir il-Ħamis li ġej fil-Carrara Stadium f’Gold Coast l-ewwel li ser ikunu fl-azzjoni huma t-timijiet tan-nisa u rġiel fil-Lawn Bowls kif wkoll jibdew is-singles tal-irġiel u nisa tal-isquash.

Fil-parata tal-atleti li tkun il-qofol taċ-ċerimonja tal-ftuħ il-bandiera Malta ser tinġarr mill-lottatur Gary Giordimaina.