Kultura Lokali

FILMAT: Adrian Delia jżur l-attivitajiet ta’ San Girgor

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista jingħata merħba sabiħa f'Marsaxlokk

L-Erbgħa ta’ wara l-Għid il-Kbir normalment tkun iċċelebrata il-Festa ta’ San Girgor u din is-sena ma naqsix l-attività f’Marsaxlokk.

Eluf ta’ Xlukkajri u Maltin ħonqu x-Xatt Xlukkajr biex igawdu din il-festa taħt ix-xemx tar-rebbiegħa. Jispikka b’mod partikolari logħob tradizzjonali li ntlagħab bħall-fiera u t-tombla u l-monti tradizzjonali li ttella’ tul ix-Xatt. Apparti l-bejgħ ta’ ħwejjeġ u l-aċċessorji tad-djar, bosta nies għamlu x-xirjiet tal-frott u l-ħxejjex abbinati mar-rebbiegħa bħall-frawli u l-qaqoċċ.

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista, Adrian Delia, żar ukoll l-attivita li kienet ghaddejja f’Marsaxlokk u ltaqa’ man-nies preżenti. Huwa beda ż-żjara tiegħu mill-Pjazza ta’ quddiem il-Knisja.

Tul iż-żjara tiegħu f’Xatt is-Sajjieda, Adrian Delia kellu l-opportunità jżur bosta stabbilimenti tal-ikel Xlukkajri fejn kien milqugħ mis-sidien u ddawwar biex iltaqa’ mal-ħaddiema u l-klijenti ta’ dawn l-istabbilimenti. Bla dubju kellu wkoll il-possibiltà li jiltaqa’ ma diversi familji li qattgħu din il-ġurnata ħdejn il-baħar f’festa tradizzjonalment Maltija.

Tradizzjonalment din il-festa hi assoċjata mal-ewwel għawma tas-Sajf.

(Ritratti: Martin Agius)