Futbol Sport

Imut Ray Wilkins fl-etá ta’ 61 sena

Ftit tal-ħin ilu tħabbret il-mewt tal-eks midfielder ta’ Chelsea, Manchester United u tat-tim Ingliż Ray Wilkins fl-età ta’ 61 sena.

Wilkins li lagħab 84 darba mat-tim nazzjonali Ingliż, sofra attakk f’qalbu l-ġimgħa li għaddiet u miet fl-isptar. Wilkins lagħab f’żewġ edizzjonijiet tat-Tazza tad-Dinja u lagħab ukoll ma’ Milan, PSG, Rangers u Queen Park Rangers qabel ma rtira fl-1997.

Hu qabad il-karriera tal-kowċing fejn mexxa lil QPR u Fulham filwaqt li kien assistent tat-tim nazzjonali Ingliż ta’ taħt il-21 sena bejn l-2004 u 2007 kif ukoll f’diversi perjodi bħala assistent kowċ ta’ Chelsea.