Knisja Lokali

FILMAT: Laqgħa bejn l-Arċipriet tal-Birgu u l-Kap Eżekuttiv tal-Melita

Il-wire li miegħu weħlet il-vara ta' Kristu Rxoxt kien tal-kumpanija Melita

Għada filgħodu s-CEO tal-kumpanija Melita se jkun qed jiltaqa’ mal-Arċipriet tal-Birgu sabiex janalizza l-ħsarat li saru fuq il-vara ta’ Kristu Rxoxt nhar il-Ħadd li għadda. Dan wara li, skont l-Arċipriet stess, il-wire li miegħu weħlet il-lasta tal-bandiera tal-Irxoxt kien wire tal-kumpanija Melita.

Dan il-wire ġie stirat l-għada li seħħ l-inċident.

Immedjatament malli seħħ l-inċident saret spezzjoni minn esperti waqt li l-parti miksura qed tinżamm f’post sigur biex isir ix-xogħol meħtieġ.

Dan is-sit hu nfurmat li fil-laqgħa ta’ għada, il-Kanonku Dun Karm Busuttil u l-Kap Eżekuttiv tal-Melita mistennija jiddiskutu x’tip ta’ kontribuzzjoni tista’ tagħti l-kumpanija wara li seħħ dan l-inċident.