Lokali

F’PACEVILLE: Raġel arrestat wara sejba ta’ droga

Raġel instab fil-pussess ta’ pouch li kien fih iktar minn 50 qartas bi trab abjad x’aktarx kokaina, li kienu lesti sabiex jiġu ttraffikati. Din is-sejba saret matul il-lejl li għadda wara li twaqqaf mill-pulizija f’Paceville.

Ir-raġel, li għandu 36 sena, minn Birkirkkara sarulu aktar tfittxijiet fir-residenza tiegħu ġewwa Birkirkara, il-Pulizija sabet ukoll ammont iżgħar ta’ qratas li ukoll kien fihom l-istess sustanza bajda, madwar 300 gramma ħaxixa u iktar minn €30,000 fi flus kontanti.

Il-Maġistrat tal-Għassa Dr I Farrugia LL.D, ġie infurmat dwar din is-sejba u ħatar diversi esperti sabiex jassistuh fl-inkjesta li ġiet appuntata filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Il-pulizija qalu li mhux eskluż li l-ġuvni jitressaq b’arrest il-Qorti għada, b’akkużi relatati ma’ pussess u traffikar ta’ droga u ħasil ta’ flus.