Lokali Sport

Il-Maltin b’suċċess fit-Davis Cup

It-tim Malta magħmul minn Matthew Asciak, Omar Sudzuka, Denzil Agius u Matthew Cassar Torreggiani u l-captain John Sciberras rebaħ lit-tim (seed No. 1) ta’ Moldova llum ġewwa Montenegro 2-1. Malta lbieraħ rebħet lil Kosovo 3-0.

Fl-ewwel logħba Omar Suzuka tilef kontra Maxim Bulat, 6/2, 6/1, iżda l-plejer numru wieħed ta’ Malta Matthew Asciak lagħab waħda mill-aħjar logħbiet bi prestazzjoni eċċellenti u rebaħ lil Alexander Vitcov 6/1, 6/2.

Fil-logħba deċiżiva Asciak u Sudzuka lagħbu kontra Dontu Vasilii u Eqgor Matvievici fejn mill-ewwel rebħu s-service ta’ l-avversarji u żammew is-service tagħhom fejn rebħu l-istess set 6/3.

Fit-tieni set Malta reġgħet kisret is-service tal-avversarji fl-ewwel logħba, u b’vantaġġ tajjeb spiċċaw rebħu l-logħba 6/2.

Din hija l-ewwel darba li t-tim Malti rebaħ lill-aversarji l-aktar kwotati ta’ Moldova.

Malta għada mistennija tilgħab kontra l-pajjiż ta’ Liechtenstein.