Lokali

Twissija fuq il-birra Stella Artois

Id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali fi ħdan is-Sovrintendenza tas-Saħħa Pubblika, jixtieq jinforma lill-pubbliku li, wara informazzjoni li rċieva dan id-Direttorat mingħand il-kumpanija involuta u iktar tard anke permezz tas-Sistema ta’ Twissija Rapida għall-Ikel u l-Għalf (Rapid Alert System for Food and Feed), l-iStella Artois m’għandux jiġi kkunsmat minħabba l-possibbilità li l-flixkun jista’ jinkiser meta jkun qiegħed jinfetaħ bil-konsegwenza li jaqa’ l-ħġieġ fil-prodott.

Ditta: Stella Artois
Volum: 33cl

Dati tad-Durabbilità:

20/2/18; kodiċi 49; ħin 00:00-6:00

25/4/18; kodiċi 55; ħin 22:00 – 23:59

26/4/18; kodiċi 55; ħin 00:00 – 4:00

3/6/18; kodiċi 49; ħin 09:00 – 21:00

Oriġini: Belġju

Għal aktar informazzjoni, il-pubbliku jista’ jċempel lis-Servizzi tal-Ispettorat tas-Saħħa fuq

numru tat-telefon – 2133 7333 mit-8:00 ta’ filgħodu sas-2:30 ta’ waranofsinhar jew jibgħat email fuq mhi@gov.mt.

Il-pubbliku jista’ wkoll jirrikorri personalment fl-uffiċċju tal-istess Direttorat li jinsab ġewwa Continental Business Centre, Old Railway Track, Santa Venera. Il-pubbliku huwa ġentilment mitlub iżur il-paġna tad-Direttorat fuq Facebook https://www.facebook.com/pages/Environmental-Health-Directorate-Malta/145027878928626?ref=hl jew is-sit uffiċjali fuq https://deputyprimeminister.gov.mt/en/environmental/Pages/Home-Page.aspx għal informazzjoni simili.