Lokali

Serqa minn ħanut fir-Rabat

Karozza tal-Pulizija - mill-arkivji

Raġel ħarab minn ħanut fir-Rabat b’ammont ta’ flus kontanti f’serqa li seħħet għall-ħabta tas-sagħtejn u nofs minn ħanut fi Triq il-Kulleġġ, ir-Rabat.

Il-Pulizija marru fuq il-post fejn minn stħarriġ preliminari jidher li raġel mgħammad, kien daħal fil-ħanut u talab il-flus lill-kaxxiera, mara ta’ 19-il sena residenti l-Mdina.

Il-Maġistrat tal-Għassa Anthony Vella ġie infurmat b’dan il-każ u ħatar diversi esperti sabiex jassistuh fl-inkjesta li ġiet appuntata filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.