Lokali

AĠĠORNATA: Serqa f’Ħaż-Żebbuġ – Rabti miżmum mill-Pulizija

Raġel mir-Rabat ġie arrestat wara li allegatament wettaq serqa f’ħanut tal-merċa.

Il-każ seħħ għall-ħabta ta’ 12pm, fi Triq Mikielanġ Sapiano f’Ħaż-Żebbuġ, hekk kif mill-ewwel indikazzjonijiet jidhr li l-alelgat ħalliel ta’ 52 sena talab lil kaxxiera sabiex tnewwilu l-flus.

Filwaqt li ħarab bil-pass minn fuq il-post b’ammont konsiderevoli ta’ flus kontanti, hekk kif numru ta’ uffiċjali tar-Rapid Intervention Unit issejħu fuq il-post – uffiċjali li kienu qed ifittxu lill-ħalliel fiz-zona sabu lis-suspettat miżmum minn xi nies.

Fuq il-post issejjaħ ukoll tim mediku tal-ambulanzi hekk kif mill-ewwel indikazzjonijiet jidher li l-kaxxiera kienet qed issofri minn xokk.