Futbol Sport

Futbol: Il-Ġappun ikeċċu lill-kowċ

Il-Ġappun keċew lill-kowċ Vahid Halilhodzic 66 jum biss qabel it-Tazza tad-Dinja. Din hi aħbar li wieħed xejn ma kien qed jistenna wara li t-tim kellu wirjiet ferm pożittivi fir-rawnd ta’ kwalifikazzjoni taħt it-tmexxija ta’ Halilhodzic. Il-Ġappun fil-fatt rebaħ il-grupp rispettiv tiegħu.

Issa se jkun Akira Nishino li se jmexxi lit-tim u biex jagħmel dan se jħalli l-kariga ta’ kap tal-Kumitat Tekniku tal-Federazzjoni tal-Futbol tal-Ġappun. Madankollu Nishino se jkollu biss 10 ġimgħat ċans biex iħejji lill-plejers għat-turnament fir-Russja.

Halilhodzic kien inħatar kowċ tal-Ġappun f’Marzu tal-2015 u erba’ snin ilu kien tkeċċa minn kowċ tal-Ivory Coast ftit ġimgħat qabel bdiet it-Tazza tad-Dinja tal-2014. Hu kien mal-ewwel ġie maħtur kowċ tal-Alġerija u dawn kellhom wirjiet mill-aqwa hekk kif għamluha sal-fażi tal-aħħar 16.

Fit-Tazza tad-Dinja l-Ġappun se jilgħab kontra l-Kolombja, s-Senegal u l-Portugall.