Lokali Parlament

Jeħtieġ skwadra ta’ pulizija apposta biex tinvestiga l-korruzzjoni fl-isport

– Ryan Callus, PN

Id-deputat Nazzjonalista Ryan Callus appella lill-Pulizija biex iwaqqfu taqsima speċjali li tinvestiga l-korruzzjoni fl-isport.

Meta kien qed jitkellem il-parlament dwar l-abbozz ta’ liġi li jemenda l-Liġi dwar il-Prevenzjoni tal-Korruzzjoni fl-Isport dan l-abbozz huwa frott ta’ inizjattiva meħuda mill-MFA biex jiġi mfassal abbozz ta’ liġi dwar il-prevenzjoni tal-korruzzjoni fl-isport. Donnu kulħadd kien qed jibża’ jaqbad il-barri minn qrunu, speċjalment fil-futbol.

Hu sellem il-mod proattiv tal-MFA u l-kontribut siewi li tat biex wasalna s’hawn tal-inizjattiva tagħhom u l-membri kollha tas-Task Force, il-Membri Parlamentari tal-Gvern Chris Agius, tal-Oppozizzjoni David Agius u Jason Azzopardi, rappreżentanti tal-Malta Gaming Authority, SportsMalta, il-Pulizija u naturalment l-MFA, ewlenin fosthom il-President Norman Darmanin Demajo, is-Segretarju Angelo Chetcuti, il-predeċessur tiegħu Bjorn Vassallo u lil Franz Tabone, l-Integrity Officer tal-MFA.

Dan l-abbozz ilu li tlesta mit-task force tal-MFA f’April 2017; jidher li f’mument minnhom kien hemm it-tkaxkir tas-saqajn tant li l-Viċi-Kap tal-PN Davi Agius u d-deputat tal-PN Jason Azzopardi waslu biex kitbu lit-task force bil-qbil tagħhom u biex imexxu l-affarijiet.

Hu kompla li sar eżerċizzju ta’ konsultazjzoni pulblika mill-Gvern li kien wieħed ftit fjakk. Ma jidhirx li sar eċerċizzju tajjeb ta’ konsultazzjoni wiesgħa biżżejjed biex laqat kemm jista’ jkun nies.

Jirriżulta li ma nbidel kwazi xejn fl-abbozz minn dakinhar sal-llum; dan jista’ jkun jew għax il-konsultazzjoni ma saritx sewwa u ma kienetx effettiva jew għax it-Task Force ghamel biċċa xogħol tajba wisq li ma kienx hemm bżonn tibdil.

Għalkemm din il-liġi għandha l-pedament tagħha xprunat mid-dixxiplina tal-futbol, se tkun applikabbli għad-dixxiplini sportivi kollha. Hu ovvju li whud mid-dixxiplini sportivi huma iktar suxxettibli minn oħrajn għall-korruzzjoni fl-isport. Ryan Callus kompla li kellu rispons imħallat dwar il-korruzzjoni fl-isport

Hemm min, għalih il-korruzzjoni fl-isport hu kunċett gravi, izda hemm min jgħid ‘u iva, dawn mhux tfal?’ fis-sens li ma fiha xejn ħażin li żagħżugħ jikkundizzjona l-performance tiegħu għax ikun qallu xi ħadd biex isir gwadann f’riżultat, jew saħansitra aktar gravi, biex jiggwadanja finanzjarjament.

Din il-liġi hi meħtieġa għax l-isport mhuwiex sempliċement logħba fejn trid issegwi r-regoli biex tirbaħ, għax l-isport mhuwiex sempliċement dixxiplina biex wieħed jagħmel eżerċizzju fiżiku u jibqa ‘il bogħod mill-obeżità, għax l-isport mhuwiex biss il-post fejn nibgħatu t-tfal biex nuru kemm it-tfal huma l-iktar bravi u għax l-isport hu strument sabiħ fejn it-tfal jikbru biex isiru adulti b’karattru sod iffurmati b’valuri b’saħħithom. Jeżistu dubji fejn tim partikolari jibqa’ jikseb rizultati strambi; ċertu riżultati jimmeritaw investigazzjoni u mhux nibqgħu għaddejjin qisu xejn mhu xejn; għandna nuru li aħna iebsin kontra l-korruzzjoni fl-isport, sostna Ryan Callus.

Id-deputat Nazzjonalista ppropona li l-pulizija tagħmel skwadra apposta kontra l-korruzzjoni fl-iskort għaliex – l-MFA u l-assoċjazzjonijiet għandhom il-limitazzjonijiet tagħhom; ma nistgħux nibqgħu nwaħħlu fihom. Il-pulizija trid tagħmel iktar biex tiġġieled il-korruzzjoni fl-isport. Irid ikun hemm dedicated resources, skwadra apposta.

Sezzjoni tal-ġurnalisti tal-isport, flok ħargu jikkundannaw dak li seta’ għamlu l-players tan-nazzjonal Malti tal-futbol ħarġu jgħidu li l-piena tal- FIFA kienet wisq ħarxa. Nistenna li l-gurnalisti tal-isport ikunu fuq in-naħa t-tajba tal-awtoritajiet, jekk verament irridu niġġieldu flimkien il-korruzzjoni fl-isport.

Ryan Callus enfasizza l-importanza li l-liġi tagħti lill-logħob fejn ikun qed jilghab it-tim nazzjonal. Huw reat mill-aktar gravi kontra l-istat meta atleta Malti jinxtara biex ibigħ lil pajjiżu.

Naqbel li l-ligi tqis bħala reat aggravat u żżid il-piena bi grad meta atleta Malti jinstab ħati ta’ korruzzjoni kontra pajjiżu stess meta jilghab mat-tim nazzjonali. Li tinxtara u tieħu gwadann biex pajjiżek jitlef jew ikun żvantaggjat, mhuwa xejn għajr tradiment kontra l-istat li tak l-edukazzjoni, l-opportunitajiet u l-identità tiegħek.

Il-PN hu favur il-politika ta’ zero tolerance dwar il-korruzzjoni u jappoġġja kull deċiżjoni finali ta dixxiplina tal FIFA, UEFA, CAS u l-Court of Arbitration for Sport.

Din il-ligi tindirizza zewg valuri importanti tal-isport; dak tal-ekwità u tal-ġustizzja.

Dwar il-Whistleblower, Ryan Callus qal li l-ligi għandha provvediment fl-abbozz li jinċentiva dik il-persuna li tkun lesta tikxef ir-reat jew l-attentat qabel ma jkunu bdew il-proċeduri ill-pulizija.

Għandha tkun involvuta iktar Sportsmalta u ma nillimitawx il-parir lill-Kummissarju tal-Pulizija biss. Jekk individwu jkun irrikorra għand Sportmalta, din għandu jkollha s-setgħa hi wkoll li tirrakkomanda lill-Avukat Ġenerali t-talba għall-istatus ta’ whistleblower.

Ryan Callus qal li kull min hu midħla tal-isport jaf li jekk mhux se nagħtu protezzjoni b’saħħitha lix-xhud li jkollu l-kuraġġ jikxef il-korruzzjoni fl-isport, m’aħniex se nirreġistraw titjib kif mixtieq.

Jeżisti l-prinċipju tax-xhud anonimu li ssemma’ fit-Task Force li pero ma ntlaħaqx qbil fuqu li jiddaħħal bħala parti minn din il-liġi. Il-punt legali li tqajjem kien li dan il-prinċipju ma jistax jiddaħħal biss f’din il-liġi, iżda jkun jeħtieġ li l-prinċipju tax-xhud anonimu jkun applikabbli f’kull ligi oħra.

Minbarra din il-ligi li se sservi ta’ deterrent, hemm l-aspett edukattiv li hu bzonnjuz daqstant biex nedukaw liż-żgħażagħ fl-isport biex izommu ‘il bogħod mill-korruzzjoni.

Hija hasra li l-unika kampanja edukattiva kontra l-korruzzjoni fl-isport hija dik mill-MFA li tolqot biss lill-atleta tal-futbol, izda lkoll nafu li l-futbol mhuwiex l-uniku sport li jista’ jkun vittma tal-korruzzjoni.

Jeħtieg kampanja edukattiva f’kull dixxiplina bil-kontribut tal-Gvern li joffri għad-disponibbiltà tal-assoċjazzjonijiet u clubs, uffiċċjali mħarrġa fis-suġġett.

Hu qal li l-Partit Nazzjonalista hu katalist fil-ġlieda kontra l-korruzzjoni fl-isport u ta s-sehem tiegħu fit-task force li welldet din il-liġi. Il-PN jemmen f’zero-tolerance għall-korruzzjoni fl-isport

Il-PN hu proattiv; żewġ inizjattivi bit-tema Stop the fix, fix the threat – għal sport nadif bil-kollaborazzjoni ta’ TimSport PN. Se ssir esebizzjoni ta’ ritratti sportivi minn fotografi Maltin fil-binja tal-Parlament u se ssir Konferenza Nazzjonali dwar il-Prevenzjoni tal-Korruzzjoni fl-Isport is-Sibt 21 ta’ April.

L-isport huwa strument li għandu jgħaqqadna. Dan il-pajjiż tant hu żgħir li m’għandniex il-lussu li naħlu ħin, enerġija u riżorsi niġġieldu kontra xulxin. Jeħtieġ negħlbu ċ-ċokon tagħna billi naħdmu flimkien biex inpattu għar-riżorsi limitati li għandna, kemm jekk huma finanzi li jippermettu investiment fi strutturi sportivi li jhalli r-riżultati; riżultati li nħabbtuha u nirbħu meta nikkompetu ma’ pajjiżi ferm ikbar minna, sostna Ryan Callus, li kompla dak kollu nistgħu nilhquh jekk naħdmu għal sports nadif, fejn kulħadd indaqs iżda fejn jirbaħ minn ħaqqu.