Il-bejgħ tal-passaporti qed ikun ta’ tħassib enormi għas-sigurta’ madwar l-Ewropa kollha. Hekk tikkonkludi l-investigazzjoni li saret mill-ġurnal Corriere della Sera, fejn ġie analizzat kif diversi pajjiżi qed ibiegħu l-passaporti tagħhom.
Il-ġurnal jagħmel referenza speċifika għal Malta u kif l-iskema tal-Gvern ta’ Muscat qed toħloq “ħofra sewda fl-Ewropa”.
Ir-rapport jispjega li effettivament, kull min jixtri passaport Malti ikollu liberta’ idur kif irid f’kull pajjiż Ewropew. “Ħafna minn dawn il-passaporti ta’ Ċipru u Malta qed jinxtraw minn sinjuruni Ċiniżi, biljunarji Russi, u nies li għandhom rabtiet mat-traffikar tad-droga”.
//= $special ?>