Lokali

Il-kumpanija City Sightseeing “ixxukjata” bl-inċident taż-Żurrieq

"Ħsibijietna mal-qraba tal-vittmi involuti"

Kelliem għall-kumpanija City Sightseeing f’Londra żvela li jinsabu f’kuntatt mal-operatur f’Malta li topera d-double deckers tagħha sabiex tistabbilixxi eżatt il-fatti ta’ kif ġraw l-affarijiet fl-inċident tal-bieraħ – inċident li fih mietu Spanjola u Belġjan.

Fi stqarrija, Patrick Foster qal illi jinsabu ixxukjati b’dak li seħħ f’Malta.

“It-talba u l-ħsibijiet tagħna jmorru lejn il-qraba tal-vittmi u dak kollha li weġġgħu fl-inċident”, qal Foster.

Għalissa l-kumpanija City Sightseeing ma tixtieqx tħalli aktar kummenti, iżda qed iżomm kuntatt mal-operatur f’Malta.