Internazzjonali

Rapporti konfliġenti li Haftar ittieħed għall-kura f’Franza

Hemm rapporti li qed jindi-kaw li Khalifa Haftar, il-mex-xej militari tal-forzi fil-Lvant tal-Libja, ittieħed b’urġenza Franza għall-kura. Uħud qed jindikaw li huwa kellu attakk tal-qalb u oħrajn li kien attakk ta’ puplesija, u wkoll li jinsab rikoverat fl-isptar militari ta’ Val De Grace fi Franza. Jidher li hu l-ewwel ittieħed il-Ġordan u mbagħad lejn Franza. Iżda malli bdew jidhru dawn ir-rapporti, Ahmed Al-Mismari, kelliem għall-forzi ta’ Haftar, ċaħad dawn ir-rapporti u qal li Haftar kien qawwi u sħiħ. Ftit ġranet ilu tħabbar ukoll li kien indarab serjament Salah Bulaghib, eks-mexxej ewlieni fl-Armata ta’ Haftar, wara li ntlaqat minn tiri f’Benghazi. Anki f’dan il-każ hemm rapporti kontradittorji dwar x’ġara eżattament u għaliex. Xi rapporti qalu li l-isparatura kellha raġunijiet politiċi u oħrajn li kienet minħabba tilwima dwar xi art.