Iż-żeffien popolari Felix Busuttil tilef lill-kelb tiegħu Sushi fil-lejl li għadda, u mal-ewwel irrikorra għall-għajnuna tal-pubbliku fuq il-media soċjali. F’post fuq Facebook, Felix Busuttil fetaħ qalbu dwar kif kellu jgeżwer lil Sushi mingħajr ma’ jaf fejn jista jidfen il-kelb tiegħu li tant iħobb.
Felix irrakkonta b’dieqa l-mod kif Sushi kien isegwih tul il-ġurnata, u saħansitra jistennih wara ż-żfin – fejn stqarr li se jibqa’ jgħożż il-memorji. Pero bis-saħħa ta’ din il-post fuq Facebook, issa reġgħet tqajjmet il-kwistjoni u l-appell biex jinstab post fejn isir ċ-ċimiterju għall-annimali, u s-sidien tagħhom ikunu jistgħu jistrieħu billi jkunu jafu li l-annimali li magħhom qattgħu s-snin jingħataw dinjita’ mistħoqqa.
Filfatt f’tieni post li tefa’ fuq il-profil tiegħu, fejn sar appell dirett għaċ-ċimiterju, jidher li ħafna kienu dawk li ħadu l-opportunita’ li jappoġġjaw li tittieħed azzjoni u jsir ċimiterju tal-annimali.
Int taqbel? Ħalli l-kummenti jew opinjoni tiegħek fl-artiklu..
//= $special ?>