Lokali

Jitqaċċtu għadd ta’ siġar f’Bormla

Fl-aħħar jiem tqaċċtu għadd ta’ siġar li jinsabu fi Triq l-Immakulata f’Bormla hekk kif ġew meqjusa bħala invażivi.

Minflokhom fix-xhur li pejjin jidher li ser jitħawlu siġar endemiċi oħrajn. Madanakollu bosta residenti Bormliżi fuq il-midja soċjali esprimew it-tħassib tagħhom hekk kif dawn is-siġar ma kienu qed jostakolaw l-ebda triq u żgur li ma kienux jidhru ta’ periklu.

Dan għaliex, kif jidher mir-ritratt t’hawn taħt, dawn is-siġar tat-tip yucca la kienu kbar iżżejjed u lanqas jagħtu għal fuq it-triq jew inkella jgħattu l-viżwali tas-sewwieqa.