Futbol Sport

Santa Venera nkurunati champions tat-Tielet Diviżjoni

Il-plejers u diriġenti ta' Santa Venera jifirħu bis-suċċess

Santa Venera Lightnings kienu nkurunati Champions tal-Kampjonat BOV tat-Tielet Diviżjoni. Huma għamlu ċert li jirbħu l-kampjonat wara li għelbu lil Żurrieq 3-0 bil-gowls jaslu minn doppjetta ta’ William Camilleri fis-16-il minuta u fl-34 minuta, b’Gerald Ancilleri jiskorja fit-73 minuta.

Mellieħa temmew it-tieni u ġew promossi wkoll filwaqt li Xgħajra Tornados spiċċaw it-tielet biex b’hekk se jilagħbu l-play-off kontra St. Georges. Is-Segretarju Ġenerali tal-MFA Angelo Chetcuti preżenta t-trofew lil Santa Venera Lightnings.