Futbol Kurżitajiet Sport TAZZA TAD-DINJA 2018

Ors għat-Tazza tad-Dinja?

Fir-Russia qed ikomplu l-aħħar preparamenti għat-Tazza tad-Dinja li tibda 58 ġurnata oħra.

Ilbieraħ iċċirkola filmat ta’ avveniment li fil-futbol qatt ma rajna bħalu, li seħħ qabel bdiet partita valida mit-tielet diviżjoni tal-kampjonat Russu.

Kemm il-darba rajna tfal jippreżentaw il-ballun tal-logħba lir-referis qabel tibda l-partita iżda fir-Russja l-ballun kien preżentat minn ors li kien fih darbtejn daqs ir-referi nnifsu. L-istess ors beda wkoll jinkoraġixxi lis-sapporters preżenti biex iċapċpu billi beda jċapċap hu stess.

Ftit wara li ħareġ dan il-filmat, ammont kbir ta’ animal welfare groups ikkundanaw din il-mossa u saħqu li dan jista’ jkun ta’ periklu għall-partitarji kif ukoll għall-ors innifsu għaliex ma tistax tgħid kif jirreaġixxi quddiem eluf ta’ partitarji għaliex wara kollox, postu huwa fin-natura u mhux ġewwa grawnd tal-futbol.

Skont rapporti fil-media, uffiċjali Russi kkonfermaw li dan tal-bieraħ kien test ta’ qabel it-tazza tad-dinja fejn jista’ jagħti l-kas li l-istess ors jidher fil-logħba li tagħti bidu għall-akbar avveniment fid-dinja tal-futbol.