Lokali Qorti

Il-Qorti ma tilqax it-talba għal ħelsien mill-arrest

Ritratt: Arkivji

Il-Qorti ma laqgħetx it-talba għall-ħelsien mill-arrest illi saret mit-tliet persuni akkużati bil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia.

Alfred Degiorgio magħruf bħala il-Fulu, George Degiorgio magħruf iċ-Ċiniż, u Vincent Muscat magħruf bħala il-Koħħu qed jgħidu li mhumiex ħatja tal-akkużi miġjuba kontrihom.

L-avukati difensuri William Cuschieri u Martin Fenech kienu talbu għall-ħelsien mill-arrest tal-akkużati abbażi tal-prinċipju legali li kull persuna hi meqjusa innoċenti sakemm tinstab ħatja – u għalhekk ma tistax iċċaħħadhom mill-liberta’. L-avukati żiedu jgħidu li l-akkużati ġabu ruħhom tajjeb il-ħabs u jekk il-Qorti tiddeċiedi li tagħti l-ħelsien mill-arrest tista’ timponi kerfju waqt li l-proċeduri jkomplu għaddejjin fil-Qorti.

Din it-talba iżda ma ġietx milqugħa.

Aqra aktar dwar it-talba tal-akkużati hawn:

FILMAT: Il-Fulu, iċ-Ċiniż, u l-Koħħu jitolbu għall-ħelsien mill-arrest