Lokali

RITRATT: Ħsara fi trakk tal-ġbir tal-iskart twassal biex jinfirex iż-żibel kollu fit-triq

Ħaddiema ta’ kuntrattur privat tal-ġbir tal-iskart kellhom bidu tal-ġurnata xejn sabiħ wara li ħsara fit-trakk wasslet biex iż-żibel infirex kollu fit-triq.

Il-każ sfortunat seħħ wara l-Knisja tal-Qawra, bil-ħaddiema tal-kuntrattur li mmedjatament bdew ħidma biex inaddfu l-iskart kollu li nfirex mat-triq.