Lokali

Il-Kummissarju tat-Tfal favur l-iffriżar tal-embrijuni

Skont il-Kummissarju tat-Tfal Pauline Miceli, il-metodu tal-iffriżar tal-embrijuni umani huwa proċess li jiggarantixxi suċċess akbar.

Miceli qalet dan 24 siegħa wara li eluf ta’ żgħażagħ, professjonisti, tobba, ġinekologi, avukati, politiċi, membri tal-kleru, u koppji żgħar sejjħu lill-Gvern biex iwarrab l-emendi għal-Liġi tal-Protezzjoni tal-Emebrijuni.

Skont il-Kummissarju tat-Tfal, l-Att jipprovdi qafas legali sod biex l-iffriżar tal-embrijuni jsir b’mod li “jagħti lill-embrijuni umani l-iktar ċans li jibqgħu ħajjin u eventwalment jiżviluppaw f’wild b’saħħtu”, iżda Miceli fl-ebda mod ma semmiet li jkun hemm garanzija li ma jintilef ebda embrijun.