Id-Direttur Eżekuttiv tal-Europol, Rob Wainwright, ilmenta li l-kooperazzjoni mill-Pulizija ta’ Malta fl-investigazzjoni tal-assassinju tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia mhix l-aqwa possibbli.
F’ittra lill-Membru Parlamentari Ewropea Ana Gomes, Wainwright iddikjara li hemm lok għal titjib fil-kooperazzjoni mill-Pulizija Maltija u li l-Europol m’għandiex mod kif tivverifika b’mod indipendenti fiex waslu l-investigazzjonijiet.
Dan jikkuntrasta ma’ dak li ddikjara kelliem għall-Uffiċċju tal-Prim Ministru lil The Daphne Project, meta qal li Malta qed tikkopera fuq kull livell mal-Europol.
Wainwright bagħat din l-ittra fl-aħħar ġimgħa tiegħu f’din il-kariga, u jinforma lill-MEP Gomes li riċentament tqanqlu ħisibijiet oħra li jieħdu prijorità għolja fl-investigazzjoni, huma kumplessi ħafna u jinvolvu numru ta’ stati membri oħra tal-Unjoni Ewropea.
Fid-dawl ta’ dan Ana Gomes iddikjara li din l-ittra “hi serja għaliex tikkonferma li l-Europol qed tiġi nvolut b’mod limitat f’din l-investigazzjoni u li għandna Gvern [Malti] li b’mod ovju qed itellef l-investigazzjonijiet.”
//= $special ?>