Internazzjonali

Jemmnu li hemm bżonn elezzjoni fil-Libja sal-aħħar tas-sena

L-Eġittu u Franza qalu li jemmnu li l-Libja trid timxi lejn it-tir li fil-pajjiż issir elezzjoni issa li kien sar progress f’dan il-pajjiż mifni mill-ġlied.
Dan intqal fi stqarrija maħruġa mill-President Abdel Fattah al-Sisi wara taħditiet ma’ Jean-Yves Le Drian, il-Ministru tal-Affarijiet Barranin Franċiż, fil-Kajr. Intqal li ż-żewġ naħat kienu qablu li kien sar progress.
Sisi u Le Drian qablu li biex wieħed japprofitta minn dan il-progress kien hemm bżonn li qabel tmiem din is-sena ssir elezzjoni fil-Libja. Ma’ dan intqal li wieħed irid iqis ukoll li s-sitwazzjoni fil-Libja qed teffettwa s-sigurtà u l-istabbiltà tal-Mediterran kollu.
Jidher li r-riferiment għal “progress” kien li f’dawn l-aħħar xhur kien qed ikun hemm anqas ġlied fit-toroq Libjani.