Diversi membri tal-Protezzjoni Ċivili għaddejjin b’ħidma estensiva biex jikkontrollaw nar qawwi li ħakem u qered għalkollox karozza tal-linja f’San Pawl il-Baħar.
Dan l-inċident qed jitqies bħala wieħed pjuttost serju hekk kif il-vettura tinsab biss ftit metri bogħod minn pompa tal-petrol filwaqt li l-vettura tinsab mal-bankina qrib showroom tal-karozzi.
Fortunatament fl-inċident ma jidhirx li hemm persuni li sofrew xi ġrieħi għalkemm saret ħsara fil-faċċata tal-binja li tinsab maġenbha.
//= $special ?>