Futbol Sport

Illejla ssir is-serata tal-MFA Awards 2018

Illejla f’Dar il-Mediterran għall-Konferenzi fil-Belt Valletta, issir is-serata finali tal-MFA Awards 2018. Minbarra l-11-il kategorija li hemm il-finalisti tagħhom, illejla se jingħataw unuri oħra fosthom l-unur tal-l-aqwa sapport, l-unur tal-Fair Play, dak li hu magħruf bħala l-President’s Award u l-aqwa skorers fid-diviżjonijiet kollha.

Fis-serata jkun magħruf ukoll l-unur tal-Aqwa Gowl tal-istaġun. L-għaxar gowls magħżula se jonqsu għal ħamsa fis-serata u l-gowl rebbieħ jitħabbar minn fost il-ħames gowls. L-għaxar gowls semifinali sa issa huma:

1. Jefferson De Assis – Sliema Wanderers v Hibernians, 2. Ignacio Varela – Naxxar Lions v Floriana, 3. Kevaughn Atkinson – St. Andrews v Hibernians, 4. Srdjan Dimitrov – Birkirkara v Senglea Athletic, 5. Erjon Beu – Lija Athletic v Valletta, 6. Andrew Cohen – Mosta v Gżira United, 7. Haruna Garba – Gżira United v Senglea Athletic, 8. Tyrone Farrugia – Senglea Athletic v Mosta, 9. Yuri Messias – Naxxar Lions v Senglea Athletic, 10. Matteo Piciollo – Valletta v Balzan

Il-finalisti kollha fil-kategoriji rispettivi huma:

MFA Footballer of the Year

Andrew Cohen (Gżira United)

Paul Fenech (Balzan)

Jake Grech (Birkirkara)

Steve Pisani (Floriana)

Andrè Schembri (Apollon Limassol)

Foreign Player of the Year

Mislav Andelkovic (Birkirkara)

Carlos Eduardo de Fiori Mendes (Balzan)

Amadou Samb (Gżira United)

Young Player of the Year

Jurgen Degabriele (Hibernians)

Jake Grech (Birkirkara)

Kyrian Nwoko (Valletta)

Coach of the Year

Darren Abdilla (Gżira United)

John Buttigieg (Sliema Wanderers)

Marco Micovic (Balzan)

L-Aqwa Plejer tal-Ewwel Diviżjoni

Dylan Agius (Pietà Hotspurs)

Paul Chimezie (Mqabba)

Yannick Yankam (Qormi)

L-Aqwa Plejer tat-Tieni Diviżjoni

Adolphus Nagbe Marshall (Gudja United)

Sebastian Perdomo (Santa Lucia)

Roderick Taliana (Swieqi United)

L-Aqwa Plejer tat-Tielet Diviżjoni

Royter Degiorgio (Xgħajra Tornados)

Jack Vella (Mellieħa)

Edward John Wileman (Santa Venera Lightnings)

GFA Player of the Year

Ferdinando Apap (Victoria Hotspurs)

Christian Mercieca (Victoria Hotspurs)

Adrian Parnis (Victoria Hotspurs)

Futsal Player of the Year

Melvin Borg (Valletta)

Jovica Milijic (Valletta)

Marwan Telesi (Mrieħel)

Best Youth League Player

Jan Busuttil (Pietà Hotspurs)

Neil Frendo (Mosta)

Connor Zammit (Hibernians)

BOV Women’s Best League Player

Alishia Sultana (Birkirkara)

Dorianne Theuma (Hibernians)

Shona Zammit (Birkirkara)