Futbol Sport

Viola Club Malta se jiċċelebraw il-50 sena anniversarju b’partita ta’ ħbiberija bejn il-leġġendi lokali u ta’ Fiorentina

(Ritratt: Matthew Tabone)

Fl-okkażjoni tal-50 sena anniversarju, Viola Club Malta se jkun qed jorganizzaw diversi attivitajiet biex jiċċelebraw dan l-anniversarju. Fosthom tispikka partita ta’ ħbiberija li ser issir fis-27 ta’ Mejju fis-6.00pm fl-Istadium taċ-Ċentinarju f’Ta’ Qali bejn Malta Masters u Glorie Viola.

Selezzjoni ta’ eks plejers tat-tim nazzjonali Malti se jkunu qed jilagħbu kontra eks plejers ta’ Fiorentina. Din il-logħba se ssir ukoll biex jinġabru fondi għal Puttinu Cares. Il-klabb Taljan ta’ Fiorentina kif ukoll diversi sponsors għamlu ċert li d-dħul mill-bibien imorru kollha għal karità.

L-iskwadra tat-tim Malti hi: Gowlkipers: John Bonello, Raymond Mifsud, Difensuri: Norman Buttigieg, Silvio Vella, Jeffrey Chetcuti, Brian Said, Midfielders: Ray Vella, Gilbert Agius, Nicky Saliba, David Camilleri, Gużè Xuereb, Attakkanti: Carmel Busuttil, Michael Degiorgio, Joe Curmi, Joe Zarb, Leonard Farrugia, Vince Magro

L-iskwadra ta’ Fiorentina sa issa hi: Gowlkipers: Sebastien Frey, Gianmatteo Mareggini, Difensuri: Alberto Di Chiara, Roberto Ripa, Aldo Firicano, Roberto Galbiati, Giovanni Guerrini, Alberto Malusci, Franco Merendi, Midfielders: Giancarlo Antognoni, Maurizio Restelli, Attakkanti: Luca Cecconi, Marco Nappi. Diversi eks plejers ta’ Fiorentina għad iridu jikkonfermaw fosthom Cristian Riganò u Enrico Chiesa.