Mużika

Illejla Emma ser taffronta lill-avversarju tagħha Carmen waqt Amici

Għal ġimgħa oħra, Emma, illejla ser tkun qed tikkompeti waqt il-programm Amici. Illejla ser tkun sfida deċisiva għaliex Emma ser tkun qed taffronta direttament mal-avversarju tagħha Carmen.

Illejla Emma ser tkanta numru ta’ diski differenti, fosthom waħda mal-kantanti popolari ta’ Il Volo, li rebħu Sanremo f’2015. Intant Emma, mistennija tkanta ukoll mal-istilla Taljana Arisa, li ukoll kienet rebbieħa ta’ Sanremo fl’ 2014.

Intant, fi stħarriġ li sar fuq il-media soċjali, Emma tinsab b’vantaġġ ta’ popolarità. Iżda dan jiddependi kollu mill-prestazzjoni li tagħti illejla.

Emma ġibdet ukoll l-attenzjoni tar-record label ta’ fama mondjali Warner Music.