Lokali

Żagħżugħ Mosti l-isptar wara nċident bil-mutur

Inċident tat-traffiku fi Vjal Għajn Rihana, il-Mosta, għall-ħabta tas-7 tas-Sibt filgħaxija wassal biex sewwieq ta’ mutur kellu jiġi rikoverat l-isptar Mater Dei.

Il-kundizzjoni tas-sewwieq Mosti ta’ 19-il sena għadha mhix magħrufa, hekk kif  jidher li kellu mpatt ma’ karrozza Volkswagen, misjuqa minn żagħżugħ Imġarri ta’ 20 sena.