Lokali

AĠĠORNATA: Joħloq kaos f’Ħal Luqa, itajjar Pulizija, jaħbat f’karozza u jifqa’ ħajt

Sewwieq ta' Mercedes itajjar Pulizija tat-Traffiku; jiġi arrestat f'Ta' Kandja

Uffiċjal tal-Pulizija sofra ġrieħi serji wara li tkaxkar kmieni dalgħodu minn sewwieq ta’ Mercedes.

Il-Pulizija identifikaw lis-sewwieq bħala żagħżugħ ta’ 17-il sena, li saq għal fuq il-Pulizija u baqa’ jsuq bl-addoċċ lejn l-inħawi Ta’ Kandja. B’riżultat li anke hemmhekk laqat karozza oħra.

Dan il-każ, li ħoloq kaos sħiħ fl-inħawi ta’ Ħal Luqa, seħħ għall-ħabta tat-7:40am.

Il-Pulizija tat-Traffiku ttajjar biswit ir-round about fejn hemm supermarket kbir, fil-parti fejn jispiċċa l-mitjar.

Net News hu nfurmat li l-vettura kienet qed tuża’ pjanċi foloz, li huma ta’ vettura skrappjata.

Sorsi qalulna li s-sewwieq baqa’ dieħel f’ħajt, u ħarab mill-post. Sakemm hu ġie arrestat mill-Pulizija tal-RIU.