Lokali

Il-Kuntistabbli Simon Schembri jikkomunika mal-familja tiegħu!

Sigħat wara l-inċident kważi fatali għall-Kuntistabbli Simon Schembri, fortunatament issa tneħħa minn fuq il-magni tan-nifs u kkomunika mal-familja tiegħu.

Schembri, li lbieraħ safa’ mtajjar minn żagħżugħ u mkaxkar diversi metri, għadu fil-periklu tal-mewt minħabba l-feriti serji u ġrieħi interni li sofra. Madankollu l-kundizzjoni tiegħu hi stabbli u qed juri sinjali ta’ titjib.

Fl-aħħar sigħat sarlu intervent mediku delikat ħafna u sfortunatament kellu jinqatgħalu parti minn driegħu, minn taħt il-minkeb ‘l isfel. Il-Kuntistabbli Schembri nfaqgħalu pulmun apparti li sofra ksur fil-pelvi u diversi kustilji apparti ksur madwar ġismu kollu.

Minħabba li tkaxkar mal-art, hu għandu wkoll diversi feriti minn wiċċu ‘l isfel.