Lokali Parlament

Il-poplu għandu jkun jaf x’qed isir mill-iskart wara li nħaraq l-Impjant ta’ Sant’Antin

Filmat tan-nar fl-impjant ta' Sant'Antnin mill-ajru


– Claudette Buttigieg, PN

Il-ħruq tal-Impjant ta’ Sant’Antnin wassal biex mhux magħruf jekk l-iskart li qedd jinġabar hux qed jintefa’ kollu flimkien bla ma ssir separazzjoni.

Fil-parlament Claudette Buttigieg qalet li l-poplu għandu ma fehemx il-problema serja li għandu ta’ skart u separazzjoni tal-iskart. In-nies qed jitilfu kull sens għaliex għandhom jisseparaw l-iskart għaliex il-pubbliku qed jistaqsi kif qed jintefa’ kollox f’daqqa. Jeħtieġ li jinstabu s-soluzzjonijiet għal din il-problema. Il-poplu għandu mhux informat dwar l-inċineratur fil-Magħtab.

Il-ministru qal li dan se jsir sas-sena 2023. X’inhuma l-miri tal-Gvern quddiem din is-sitwazzjoni, staqsiet id-deputat Nazzjonalista, li staqsiet jekk bħalissa l-iskart hux qed jintefa’ kollu flimkien. Fin-Naxxar reġa’ hemm l-irwejjaħ l-antiki li kien hemm qabel. Hi staqsiet x’inizjattivi hawn fuq il-ġbir tal-ilma fil-pajjiż. Fil-pajjiż m’hawn il-kburija ambjentali kif hemm f’pajjiżi barranin.

Dwar in-Naxxar, Claudette Buttigieg qalet li l-iskart organiku li jintefa’ fil-Magħtab qed jagħmel riħa qawwija; xi ħaġa stramba qed issir. Suppost li l-iskart qed ikun kontrollat b’mod xjentifiku għaliex jidher li dan mhux isir. Il-landfill illum tinsab f’post fejn iż-żona tas-Salina saret żona residezjali apparti l-ukanda kbira li hemm. Jirriżulta li anki minn din iż-żona qed ikun hemm l-ilmenti dwar ir-riħa. Dwar l-inċineratur, il-pajjiż se jkun qabeż il-perjodu stabbilit u għalhkek il-gvern għandu jispeċifika jekk għandux pjan ieħor. Hemm pajjiżi li qed jużaw il-ħġieġ flok il-plastic.

Id-deputat Nazzjonalista tkellmet dwar l-impatt ambjentali u fiżiku tal-inċineratur fuq iż-żona u appellat biex il-parlament ikun informat sew anki dwar l-impatt tat-trakkijiet li se jibdew jgħaddu miż-żona. Ir-residenti għandhom ikunu trattati b’mod pożittiv.

Hi tkellmet dwar l-impatt ambjentali tal-appartamenti li qed jinbnew kulimkien fuq it-torq u fuq il-komunitajiet preżenti u futuri. Il-Gvern hu obbligat li jispeċifika l-pjani tiegħu għall-futur u għandu jispjega fejn jinsab fil-miri stabbiliti dwar il-50% tal-iskrat riċiklat u l-35% tal-iskrat organiku.