Lokali

Defibrillator ġdid għall-Kindergarten tal-Mosta

Il-Malta Heart Foundation tagħti apparat ġdid li jista jsalva l-ħajjiet

Il-Malta Heart Foundation dalgħodu ppreżentat Automated External Defibrillator lill-iskola tal-Kindergarten tal-Primarja A tal-Mosta fi ħdan il-kulleġġ Marija Reġina. It-tfal ta’ din l-iskola, li għall-okkażżjoni kienu lebsin l-aħmar, u wħud minnhom lebsin ta’ tobba ċkejknin, harġu fil-bitħa sabiex jassistu għall-preżentazzjoni ta’ dan l-apparat.

L-Apparat ġie mogħti wkoll bl-għajnuna tal-Fondazzjoni Agora. Il-Malta Heart Foundation għandha l-għan li tkompli tgħin b’donazzjonijiet ta’ apparat simili kif ukoll li tiffonda riċerka fil-qasam tal-kura tal-qalb. Il-Fondazzjoni tħeġġeġ kumpaniji privati jinvestu f’apparat bħal dan li jista’ faċilment isalva ħajja.