Lokali

FILMAT: Vann jinqered minn nar fil-Marsa

Fortunatament ħadd ma weġġa’ meta vann inqered għalkollox hekk kif inħakem minn nar f’każ li seħħ fi Triq is-Serkin.

Immedjatament fuq il-post intalbet l-assistenza ta’ membri tal-Protezzjoni Ċivili li kkontrollaw in-nar u eliminaw il-periklu hekk kif il-każ seħħ f’qalba ta’ żona residenzjali.

Il-każ seħħ għall-ħabta tas-19:45.