Lokali

Jaqa’ 2 sulari għal isfel f’Tas-Sliema

Ambulanza - Ritratt mill-arkivji

Żagħżugħ minn San Ġwann kellu jittieħed l-Isptar Mater Dei wara li waqa’ żewġ sulari hekk kfi kien qiegħed fuq xogħolu.

Il-każ seħħ għall-ħabta tal-10.30 ta’ filgħodu f’sit ta kostruzzjoni fi Triq Arturo Mercieca f’Tas-Sliema, meta, għal xi raġuni mhux magħrufa, il-vittma ta’ 20 sena għeleb għal żewġ sulari għal isfel.

Filwaqt li fuq il-post  issejjaħ minnufih tim mediku tal-ambulanzi li ħadu lill-ġuvni l-isptar għal aktar kura – fortunatament ġie ċertifikat li ġarrab biss ġrieħi ħfief.