Lokali

Il-proġett ta’ akkomodazzjoni soċjali jiswa’ ħafna inqas minn kif ħabbar Jospeh Muscat – Sandro Chetcuti

Il-President tal-Assoċjazzjoni Maltija tal-Iżviluppaturi l-MDA Sandro Chetcuti qal li l-proġett ta’ 1,200 post ta’ akkomodazzjoni soċjali m’għandux jiswa 110 miljun ewro kif tħabbar mill-Prim Ministru Joseph Muscat.

Għall-kuntrarju, Sandro Chetcuti qal li skont il-kalkoli tiegħu, is-settur privat jista’ jibni dawn il-units ta’ akkomodazzjoni soċjali għal 72 miljun ewro – li jfisser 38 miljun ewro inqas minn dak li ħabbar il-Gvern.

F’intervista lil The Malta Independent on Sunday Sandro Chetcuti qal li s-settur privat jista’ jibni appartament lest minn kollox għas-somma ta’ 60 elf ewro – ferm inqas minn dak li ħabbar Joseph Muscat li ħabbar se jibni 1,200 unit ta’ akkomodazzjoni bi spiża ta’ €110 miljun.

L-istess tħassib sar ukoll minn Simon Debono, il-President tal-Assoċjazzjoni tal-Aġenti tal-Proprjetà li qal li bis-somma ta’ 110 miljun ewro huwa jista’ jibni

4,695 unit – kuntrarju għall-1200 unit imħabbra minn Joseph Muscat.

Fl-istess intervista Sandro Chetcuti wera t-tħassib tiegħu dwar il-proposti li qed isiru fuq is-suq tal-kera u wissa’ kontra kontrolli fuq is-suq privat tal-kera.