Lokali

Jitħabbru Miss &Mr World Malta 2018

Maria Ellul u Daryl Azzopardi huma r-rebbieħa ta’ Miss & Mr World Malta 2018. Iż-żewġ mudelli tħabbru bħala rebbieħa wara kompetizzjoni li ttellgħat s-Sibt filgħaxija fi Pjazzu Teatru Rjal, il-Belt Valletta u li kienet organizzata minn Modelle International.

Daryl Azzopardi ntgħażel minn 21 kontestant filwaqt li  Maria Ellul ntgħażlet minn fost 27 kontestanta.

Iż-żewġ rebbieħa issa se jkunu qed jirrappreżentaw lil Malta barra minn Malta; Daryl Azzopardi se jirrappreżenta lil Malta l-Filippini filwaqt li Maria Ellul se tkun qed tirrappreżenta lil pajjiżna ċ-Ċina.