Lokali

‘Sexy Bike Wash’ bil-parteċipazzjoni ta’ sewwieqa tal-muturi Maltin – pressjoni biex jirriżenja s-sindku

Il-Lega fl-Italja qed titlob ir-riżenja tas-Sindku ta’ Avola, Luca Cannata, wara attività li saret fi Pjazza Umberto I fl-istess belt u li fiha pparteċipaw ukoll diversi dilettanti tal-muturi minn Malta.

Kollox inqala’ wara sensiela ta’ attivitajiet li fost oħrajn jinkludu esebizzjoni ta’ madwar 500 mutur ta’ sidien Sqallin u Maltin, kif ukoll parata b’banda lokali.

Iżda li qajjem l-agħa fil-pajjiż kien spettaklu, Sexy Car Wash, meqjus bħala “xejn dekoruż” fejn nisa u rġiel lebsin biss malji ħaslu l-muturi bi żfin u diversi movimenti senswali filwaqt li xarrbu lil xulxin bl-ilma u s-sapun.

Qed tintalab ukoll ir-riżenja “urġenti u mmedjata” tal-persuna responsabbli mit-Turiżmu, Sport u Spettaklu Luciano Bellomi. Iżda l-organizzatur Seby Basile, president tal-Avola Bikers, iddikjara li “m’hemm l-ebda skandlu hekk kif dan kien biss spettaklu bħal ħafna oħrajn, f’ħin fejn fil-pjazza ma kienx hemm familji bit-tfal.”

Is-Sindku wkoll xejjen it-talbiet tar-riżenja, meta ddikjara li “‘lil hinn mis-sensibbiltà li tqajmet, il-fiolmat jagħti sens differenti għall-manifestazzjoni.”