Lokali

Il-Kummissoni Ewropea tgħid li Malta trid ittejjeb l-ġlieda tagħha kontra il-korruzzjoni

In-nuqqasijiet fil-goverananza b’mod partikolari fil-ġlieda kontra l-korruzzjoni jista’ jaffettwa l-klima ta’ negozju u jħalli impatt negattiv fuq l-investiment attirat lejn pajjiżna.

Saħqet dan il-Kummissjoni Ewropa permezz ta’ rapport b’rakkomandazzjoni dwar Malta.

Il-Kummissoni qalet li Malta trid ittejjeb l-ġlieda tagħha kontra il-korruzzjoni u b’mod speċjlali irid ikun hemm tijib f’dik li hi investigazzjoni u prosekuzzjoni ta’ każi fejn hemm involuta korruzzjoni.

B’mod partikolari il-Kumissjoni Ewropea għamlet żewġ rakkomandazzjonijiet speċifiċi. L-ewwel waħda biex ikun hemm tisħiħ fil-qafas ta governanzna billi ssaħħaħ s-superviżjoni nazzjonali ta’ negozji fis-settur finanzjarju li għandhom il-liċenzja f’Malta. Dan jista’ jsir billi jkun hemm infurzar tal-mekkaniżmu kontra l-ħasil ta’ flus u tissaħħaħ il-ġlieda kontra l-korruzzjoni.

Rakkomandazzjoni oħra tgħid li għandha tkun assigurata s-sostenibbiltà tas-servizzi tas-saħħa u anke tal-pensjonijiet.

Ir-rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni Ewropea huma bbażati fuq fatti li l-Kummissjoni sabet dwar Malta kkumplimentati b’diskussjonijiet mal-awtoritajiet Maltin, sħab soċjali, NGOs u s-soċjetà ċivili, diskussjonijiet li ntemmu ftit ilu.

Il-Ministri tal-Unjoni Ewropea se jkunu qed jiddiskutu dawn ir-rapporti dwar il-pajjiżi membri qabel ma jkunu ppreżentati quddiem il-kapijiet tal-istati. Huwa f’idejn l-istati membri li imbagħad iridu jimplimentaw dawn ir-rakkomandazzjonijiet.