Sport Sport Ieħor

ESKLUSSIVA – Malta se torganizza l-Logħob tal-Pajjiżi ż-Żgħar fl-2023

minn Charles Camenzuli

Malta, permezz tal-Kumitat Olimpiku Malti ser tkun qed torganizza l-20 Edizzjoni tal-Logħob tal-Pajjiżi Żgħar fl-2023.

Id-deċiżjoni ittieħded waqt l-Assemblea Ġenerali tal-istati membri fil-Kumitat Internazzjonali tal-Logħob, liema laqgħa qed issir fil-Montenegro bħala pajjiż li ser jorganizza il-Logħob fl-2019.

Din ser tkun it-tielet darba minn meta tnieda l-Logħob fl-1985 li pajjiżna se jkun qed jorganizza l-Logħob tal-Istati Żgħar tal-Ewropa wara li ġew organizzati b’suċċess fl-1993 u fl-2003
It-18, il-Edizzjoni tal-Logħob fl-2021 għandha ssir fil-Liechtenstein.

Waqt l-Assemblea Generali li kienet indirizzata mill-President tal-Kumitat Olimpiku ta’ Montenegro – Dusan Simonovic ġie ppreżentat wkoll il-programm uffiċjali tat-18 l-Edizzjoni, liema dettalji ingħataw mid-Direttur tal-Loghob ta’Montenegro Boris Sekulic.

Il-bieraħ saret wkoll il-laqgħa tal-Kummissjoni Teknika filwaqt li f’dawn il-ġranet id-delegati ltaqgħu wkoll mal-Ministru tal-Isport ta’ Montenegro Nikola Janovic.

Il-motto uffiċjali tal-Logħob ser ikun How Big We Are u l-programm ser ikun mis-26 ta’ Mejju sal- 1 ta’ Gunju 2019.