Internazzjonali

FILMAT: ‘Spiderman’ isalva tifel t-erba’ snin f’Pariġi

Mamoudou Gassama, immigrant mill-Mali, sar supereroj hekk kif salva tifel t’erba’ snin li sab ruħu mdendel minn gallarija.
Il-kaz seħħ f’Pariġi, meta t-tifel deher imdendel minn xifer gallarija fir-raba’ sular ta’ bini reżidenzjali.
F’ħakka t’għajn Gassama ixxabbat minn gallarija għal oħra sakemm irnexxielu jilħaq it-tifel u jerġa jtellgħu fuq il-gallarija.
Issa l-President Franċiż Emmanuel Macron stieden lil Gassama fil-Palazz t’Elysee biex jirringrazzjah personalment ta’ dan il-ġest.