Futbol Sport

Gżira United jakkwistaw lil Thomas Veronese

Thomas Veronese flimkien mal-President Sharlon Pace (xellug), il-kowċ Darren Abdilla (fuq) u t-Team Manager Marlon Galea (lemin)

Gżira United komplew isaħħu l-iskwadra tagħhom għall-istaġun li ġej hekk kif akkwistaw lid-difensur Thomas Veronese mingħand Mosta. It-Taljan iffirma kuntratt ta’ tliet snin. Veronese kellu staġun pożittiv fl-ewwel kampjonat f’pajjiżna mal-Mostin fejn kien pedina importanti fit-tim ta’ Johann Scicluna.

Il-Maroons qed jippreparaw biex jilagħbu fl-Europa League, u sa issa akkwistaw ukoll lid-difensur eks Hibernians Rodolfo Soares. Id-difensuri Kris Thackray u Antonio Machedo Neto ħallew il-klabb.