Lokali Parlament

Il-pjani lokali għandhom ikunu riveduti

– Karol Aquilina, PN

Id-deputat Nazzjonalista Karol Aquilina appella lill-gvern biex jinsisti mal-Awtorità tal-Ippjanar biex tagħmel reviżjoni tal-pjani lokali kmem jista’ jkun malajr.

Meta tkellem fid-dibattitu parlamentari dwar l-Awtorità tal-Ippjanar Karol Aquilina qal li li l-poplu jħoss li qed jgħix f’ambjent dominat mis-settur tal-kostruzzjoni. Hu semma’ l-Gżra, Tas-Sliema u San Ġiljan u qal li f’dawn il-lokalitjiet hemm żvilupp kontinwu u eċċessiv. L-iżvilupp qed jiddomina l-mod kif il-poplu jgħix, sostna d-deputat Nazzjonalista, li kompla li l-Awtorità tal-Ippjanar qed timbotta li jkun hemm iktar żvilupp ta’ bini. Dan se jkollu konsegwenzi gravi.

Id-deputat Nazzjonlaista tkellem dwar il-pjani lokali, li suppost ikunu aġġornati kull għaxar snin. Hu semma diversi pjani lokali nbidlu u qal li dan seħħ biex ikun jista’ jsir żvilupp. L-Awtorità m’għamlet l-ebda ħidma biex il-pjani lokali jkunu riveduti.

Karol Aquilina kompla li s-7500 sottomissjoni li sar għlal-pjani lokali għandhom jkunu pubblikati biex il-poplu jkun jaf il-proposti li qed isiru biex jinbidlu l-pjani lokali. Hu appella lill-gvern biex jispeċifka jekk fil-fatt sarux 7,500 jew 5,000 sottomissjoni. Hemm bla dubju imbuttatura biex ċertu artijiet jidħlu fiż-żona ta’ żvilupp u din se toħloq problema għaliex il-gvern iħares lejn il-kwistjoni mill-aspett ta’ voti. Il-proċess tal-pjani lokali hu meħtieġ iżda l-gvern qed jonqos milli jagħmlu. Il-policies qed isiru skont it-tip ta’ applikazzjonijiet li qed isiru.