Lokali Parlament

L-Awtorità tal-Ippjanar kompliċi mal-gvern fil-qerda tal-ambjent

– Mario Galea, PN

Id-deputat Nazzjonlaista qal li l-Awtorità tal-Ippjanar qed tonqos milli ssemma’ leħinha u hi kompliċi mal-gvern fil-qerda tal-ambjent.

Fid-dibattitu parlamentari dwar l-Awtorità tal-Ippjanar Mario Galea qal li l-Kap Eżekuttiv tal-Awtorità tal-Ippjanar għandu pakkett finanzjarju ta’ €100,000. Hu qal li l-faqar qed jiżdied għax hawn min għandu €900 fix-xahar u tal-qalba jieħdu €100,000 fis-sena. Hu tkellem dwar l-approvazzjoni ta’ petrol stations ġodda meta suppost li l-linji gwida ġodda qed ikun diskussi. Għal dawk li diġà applikaw se tgħodd il-policy antika għalihom. Dan hu skandlu u qed isir biex jinqdew dawk li kienu mwegħda.

Il-pajjiż għandu bżonn iktrr charging station biex ikunu introdotti karrozzi bl-elettriku u għalhekk m’hawnx bżonn numru kbar ta’ petrol stations.

L-irħula ma jistgħux jibqgħu jinqerdu. Dan hu gvern bla ebda valuri bl-Awtorità tal-Ippjanar kompliċi miegħu. Il-faċċati għandhom jibqgħu kif inhuma. Il-permezzi qed kuu diskussi skont min hu l-applikantt.

Il-gvern tilef leġnu fejn jidħlu s-solar farms, sostna Mario Galea, li staqsa x’tip ta’ gass qed jinġieb għall-power station għaliex fil-pajjiż hawn rata ogħlja ta’ tniġġiż fl-arja. Rapport tal-Kummissjoni Ewropea jidentifika numru ta’ sfidi fosthom l-ilma tal-pjan u t-tniġġiż.

Mario Galea tkellem dwar l-importanza li l-pajjiż ikabbar iż-żoni miftuħa u kkritika lill-gvern li fi tmiem il-ġimgħa ma jsirux spezzjonijiet fuq il-bini u fl-ambjent minħabba li m’hemmx flus għas-sahra.