Lokali

Il-Qorti ma tilqax it-talba għar-rekuża tagħha wara li kienet iddeċidiet li tħalli l-FBI jixhdu fil-kumpilazzjoni dwar il-qtil ta’ DCG

L-imħallef Lorraine Schembri Orland ma laqgħetx it-talba għar-rekuża tagħha wara li kienet ddeċidiet li tħalli l-FBI jixhdu fil-kumpilazzjoni dwar il-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia.

Din it-talba tressqet minn wieħed mill-akkużati bil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia, Alfred Degiorgio permezz tal-avukat tiegħu William Chetcuti.

Alfred Degiorgio kien talab biex l-aġenti tal-FBI ma jitħallewx jagħtu x-xhieda tagħhom minħabba li ħadmu fil-qrib mal-espert tal-qorti Martin Bajada, xi ħaġa li sabet l-oġġezzjoni tal-avukat William Cuschieri, liema talba kienet deskritta mill-qorti bħala frivola.

Din id-deċiżjoni kienet waslet biex l-avukat William Cuschieri talab għar-rekuża tal-Imħallef.

It-talba għar-rekuża ġiet miċħuda mill-Imħallef.