Lokali

Aktar skossi: Titjira tal-Air Malta mill-Italja tittardja sagħtejn u nofs biex titlaq

L-iskossi fl-operat tal-linja nazzjonali tal-ajru komplew jinħassu llejla meta titjira minn Linate f’Milan lejn Malta telqet madwar sagħtejn u nofs tard.

It-titjira, b’arranġament ta’ code-sharing bejn l-Air Malta, l-Alitalia u l-Meridana, kellha titlaq mill-ajruport ta’ Linate fis-6 ta’ filgħaxija. Iżda ma kienx qabel daqqu t-8.30 ta’ filgħaxija li l-ajruplan ħalla l-Italja għal Malta.

Sadanittant, dan l-iżvilupp hu l-aħħar minn sensiela ta’ skossi oħra tul dan it-tmiem il-ġimgħa. Dan hekk kif fil-jiem li għaddew kien tħabbar li kienu se jiġu kkanċellati sensiela ta’ titjiriet minħabba ‘diffikultajiet fl-operazzjoni’ tal-kumpanija Air Malta. Il-problemi eskalaw tant li t-tmexxija tal-Air Malta kellha tittallab għal ajruplan minn fuq l-internet.

Is-CCO tal-Air Malta jispiċċa jitkarrab għal ajruplan fuq l-internet

AĠĠORNATA: Dewmien fit-tiswijiet jikkanċellaw 5 titjiriet tal-Air Malta