Lokali

FILMATI U RITRATTI: Laqgħa mill-isbaħ f’Ħaż-Żabbar

Qabel id-djalogu tal-Ħadd filgħodu, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia, akkumpanjat minn Deputati u uffiċċjali tal-Partit, żar bosta ħwienet, każini tal-banda u ghaqdiet soċjali oħra f’Ħaż-Żabbar fejn iltaqa’ mar-residenti, sidien ta’ negozji kif ukoll membri ta’ kumitati ta’ għaqdiet differenti.

Waqt dawn iż-żjarat Adrian Delia tenna l-appoġġ tiegħu lejn l-għaqdiet u soċjetajiet li jagħtu servizz fi ħdan il-komunita u spjega li kif dejjem għamel, il-Partit Nazzjonalista jikkommetti ruħu li jagħti appoġġ sħiħ lilhom.

Tul iżjara f’Ħaż-Żabbar, Adrian Delia tkellem ma ħaddiema u pensjonanti li miegħu stqarru li qed ikollhom diffikulta biex ilaħqu sal-aħħar tax-xahar u spjega kif il-Partit Nazzjonalista se jkompli jkun il vuċi ta’ dawn in-nies fejn ikun hemm bżonn.

Din ta’ Ħaż-Żabbar kien waħda minn sensiela ta’ żjarat fl-irħula li qed ikollu regolarment il-Kap tal-Partit Nazzjonalista, kemm f’Malta kif ukoll f’Għawdex.

Ritratti: Joseph Galea